META JIGI S-SIBT FILGHAXIJA
Joe Cassar
Xi jfisser is-Sibt filghaxija ghalik? Ghandu tifsira specjali? Jekk illum ghandu tifsira, minn dejjem kienet l-istess? Din it-tifsira tal-lum (dejjem jekk ghandu) kif gietek f'rasek? Giet f'daqqa, nholqot biz-zmien? Wasalt ghaliha wahdek jew ghamilt kif trid il-moda taz-zminijiet? Fl-ahharnett, thossok ferhan kif jghaddi s-Sibt filghaxija.
Wara gimgha xoghol, skola, bit-toqol u l-problemi taghhom, kulhadd jethieg il-mistrieh. Jehtieg jum mhux bhal tas-soltu. Imma dan il-jum gol-bniedem se johloq haga gdida, xi haga tassew mhux tas-soltu!
Immanuel Mifsud, kittieb zaghzugh ghadu kemm hareg ktieb dwar dan is-suggett -- Il-Ktieb tas-Sibt Filghaxija. Ktieb bi grajjiet qosra li jpitter b'hila kbira kif certi nies, ghonja, fqar, zghazagh, xjuh iqattghu dawn l-imberkin ftit sighat. Il-kittieb jidhol fil-hajja tal-karattri tieghu bla hniena, jgibhom ghera u fl-ahhar, f'bikja, fi tnehida, fi qrara jirnexxilu johrog il-verita'. U meta tfaqqa', il-verita' m'hix sabiha.
"Heqq kulhadd bil-problemi, min mond, min iehor. Id-dinja kattiva wisq ... Forsi ahna l-kattivi, mhux id-dinja. Id-dinja naghmluha ahna, Joey."
Fi ftit kliem hafif il-kittieb iqajjem problema li tjassar il-bniedem.
Grajja wara grajja. L-eroj hu s-Sibt filghaxija li jqerreb lejn is-sighat bikrin tal-Hadd f'dinja ta' nies li jhossu li fid-dinja tilfu kollox, li qed jigu mwarrba minn dawk li jkunu gheziez ghalihom, li qed jimxu mal-kurrent bla ma jafu kif inholoq dan il-kurrent. Qieghed hemm, ihalluh jigbidhom, bla ma jafu lejn fejn.
Is-Sibt iservi biex mara zaghzugha tintebah li zewgha beda jixba minnha. X'jiswa li kull nhar ta' Sibt imorru jiehdu pizza! "Sitt snin pizza kull nhar ta' Sibt. Sitt snin. Wied il-Ghajn, Paceville, Bugibba. Hdejn il-bahar. Paceville, Bugibbz, Wied il-Ghajn. Sitt snin nervi kull nhar ta' Sibt. Mhux minn dejjem. Mindu draw it-toghma tal-pizza differenti fuq il-menu."
Tnejn ohra mizzewgin imma kollox mitmum. Baqa' biss il-vendetta dghajfa. Kull nhar ta' Sibt imorru party ghand il-hbieb go vilel lussuzi u jdumu hemm sa l-ewwel sighat tal-Hadd. Hi toxrob u ticcaccra ma' l-irgiel. Hu sar jobghod lil hbiebha jrid jahrabhom. Vera, mara ohra, kuntrarju ghal martu tifhmu, u taghtih xi ftit minn dak li cahditlu martu.
Kemm nies toqghod tisma' r-radju s-Sibt. Ir-radju sar importanti fil-hajja. Dak il-lehen hiereg minn go kaxxa li ma tarax, li ma jishoqniex ismek, li quddiem m'hemmx ghalfejn tilbes pulit. Haqqha satira u Mifsud jispara bla hniena.
Il-mara tad-dublett qasir li tinbiegh imma gufha baqa' vojt, m'ghandhiex tarbija xi thennen, ma tismax biki, tisma' d-dahk kattiv ta' min ihallasha. Fl-ahhar tistaqsi t-tort ta' grajjietha, hu taghha jew ta' min jisfruttaha?
F'xi whud mill-istejjer tidhol b'mod sabih in-nostalgija taz-zghozija. Sabiha t-tifkira tas-sigra tal-harruba. Izda l-harruba tqacctet u flokha tela' l-konkrit. Tidhol il-metura li taghti nifs meta donnu kollox se jintemm bla ma hadd ma jaf ghaliex. Sbieh ukoll it-tifkiriet ta' postijiet f'artijiet imbieghda li zar l-awtur.
***
Qed nikteb dan l-artiklu s-Sibt filghaxija. Irrid naghmel kuragg lil Manuel li joqghod qribi biex ikompli jikteb ukoll jekk ihoss li l-kittieba zghazagh huma mwarrba.
Irid jiftakar li l-kitba bil-Malti ghadha ma saritx popolari fostna. Il-poplu ma tantx ifittixha. Dan inhossu jien u kittieba ohra li ilna niktbu ghal ferm aktar snin minn Manwel. Naghmlu li nistghu, nehtiegu aktar ghaqda. Nittamaw u nimxu.
Infakkar lil Manwel kemm bata Alan Sillitoe biex sab xi hadd jippublikalu Saturday Night and Sunday Evening li ried jikseb xi 200 sterlina mill-ktieb biex jghix u jikteb izjed. Hu wkoll issahhar wara s-Sibt filghaxija.
For it was Saturday night, the best and brightest good time of the week, one of the fifty-two holidays in the slow-turning Big Wheel of the year, a violent preamble to a prostate Sabbath. Piled up passions were exploded on Saturday night, and the effect of a week's monotonous Graft in the factory was swilled out of your system in a burst of goodwill. (StarBook -- Allen & Co Ltd).
Veru li fid-dinja hawn l-ghelt, it-tradimenti, il-vendetti, l-isfruttament. Hawn ukoll l-imhabba, il-familji maghquda, nies li jahdmu ghal-gid ta' huthom, li lesti jaghmlu kollox ghal haddiehor. Dawn m'humiex il-hlejjaq ta' ftit sighat li jghaddu. Huma d-dawl li jibqa' jixghel u jdawwal. Stilel li juru triqat li jwasslu fejn tassew jixraq lill-bniedem.
Joe Cassar Il-Mument ?/?/1993