IL-KTIEB TAS-SIBT FILGHAXIJA
Francis Galea
Il-kitba tan-novella, essay u stejjer qosra fiha t-teknika taghha, u zgur li mhix xi wahda hafifa u sempliciment moghdija taz-zmien. Anzi, hija sengha kbira li wiehed ikollu l-hila jesprimi lilu nnifsu fi ftit kliemminghajr hafna deskrizzjonijiet zejda li ta'spiss jghejju lill-qarrej.
Kitbiet ta' din ix-xorta ma nsibuhomx ta' spiss fis-suq Malti. Anzi, rari jkollna pubblikazzjonijiet fejn il-kitbiet ma jkunux itwal minn ftit minuti qari. Ix-xoghol ta' Immanuel Mifsud fit-tieni ktieb tieghu Il-Ktieb tas-Sibt Filghaxija huwa ta' din is-sura. Mahdum b'kelma u b'espressjoni mexxejja li nuzaw fil-lingwagg taghna ta' kauljum, u mzejjed b'ideat u hsibijiet maturi u misjura, Mifsud jaghraf idahhalna f'ambjent li aktarx ma giex trattat qabel.
Dan huwa l-hin ta' nhar ta' Sibt filghaxija. Jew ahjar is-sighat minn x'hin jibdajidla u t-tul tal-lejl qabel ma jisbah jum gdid, jigifieri l-Hadd. F'dawn is-sighat meta l-bniedem jerfa' mix-xoghol u ma jibqax daqstant mifni bil-hsbijiet materjalistici ta' flus u problemi marbuta max-xoghol; isib lilu nnifsu jfittex kif se jghaddi dawn is-sighat minghajr ma jaqa' fl-apatija, is-solitudni, il-monotonija u t-tidwir fil-vojt ta' kull Sibt filghaxija! Bhal nemmies, mohbi izda fl-istess waqt ihuf u jtertaq qalb in-nies bal ma jigbed attenzjoni zejda, Mifsud jehda jifli u jinnota sew l-avventuri ckejknin izda interessanti tan-namrati, tal-koppji, ta' dawk li jghixu f'solitudni. U lil dawn in-nies jarahom iduru ma' dak li dau s-Sibt ta' qabel, jitkellmu dwar dak li tkellmu kemm-il darba. Fi ftit kliem jizfnu l-istess zifna, ma' l-istess persuna. Ghaliex il-hajja ta' bil-lejl iggib attitudni differenti, fejn iz-zaghzugh jahseb biss f'issa u ghada jigri li jrid. Fejn is-socjeta' gdida thoss li trid tahrab kull rabta - ghaliex kif imut is-Sibt tmut ukoll kull rabta: ghaliex ma' min iltqajt xrobt u zfint, u ghada jigi f'dirghajn min imiss!
B'sengha kbira, Mifsud jaghraf jidhol fil-privatezza tal-kamra tas-sodda tal-mara hosbiena dwar l-imgiba ta' zewgha. Jidhol fil-mohh tat-tfajla namrata li Sibt wara Sibt tghaddi mil-istess bieb tad-disco. Jidhol ukoll bil-vuci tar-radju fil-kamra fil-lejl ta' bejn is-Sibt u l-hadd tal-bniedem solitarju. U dan kollu donnu li jinrexxielu jaghmlu billi jerga' lura lejn il-jiem ta' l-iskola fejn f'mohh car ma kien hemm xejn hazin - ma kinux jezistu suspetti u dnubiet.
Fil-kitba tieghu, kultant xi ftit astratta, Mifsud jaghraf jinseg grajjiet kurrenti ma' hsibijiet kemm konvenzjonali kif ukoll rivoluzzjonarji. B'ghaqal kbir, huwa jhadem il-kelma b'tali mod li jhalliha cra, u ghalkemm gieli tinhass goffa, il-widna tifhimha u ggerrahha - minghajr ma jkollu ghalfejn jiccensura lilu nnifsu. Mifsud huwa zaghzugh artistiku li ma jibzax ihaddem il-pinna tieghu f'oqsma li ghalkemm strambi, jidher li jkun kunfidenti fihom u cert li se jasal. Dan ghaliex minkejja li huwa zaghzugh, jirnexxielu jikkonvincik ukoll meta jitratta hwejjeg li zgur li ghadu m'ghaddiex minnhom. Dan juri li Mifsud huwa kittieb li jaghmel -istudju u l-istharrig bil-ghaqal qabel ma jmidd ghonqu ghax-xoghol. U bl-istess ghaqal, jistenna l-waqt u l-hin ezatt biex jizra' l-hsieb, ghaliex b'hekk biss dik iz-zerriegha tista' tinbet u taghti l-frott mistenni. Il-Ktieb tas-Sibt Filghaxija huwa gabra ta' hsibijiet midmuma tajjeb, li jidhlu biex jgharrblu r-rutina, l-kantaliena, ir-repetizzjoni u x-xebh li jghejji u jmarrad il-mohh ta' kull bniedem normali. B'dawn il-kitbiet, Mifsud jirnexxielu jitfa' ftit dawl fuq dawk il-waqtiet li fihom insibu lilna nfusna konfuzi u mhawda ghaliex nintrikbu b'dieqa u nuqqas ta' kuntentizza li ma konniex nifhmu x'inhi l-kawza taghha. Wara li dak li jkun, jaqra dan il-ktieb, zgur li jintebah b'nuqqasijiet tieghu nnifsu li Sibt wara Sibt hallewh fid-dubju u mifni b'aktar mistoqsijiet.
Francis Galea, It-Torca ??/??/??