FID-DAR TA' CLARA
Francis Galea
Fil-kitba tal-poezija hemm hsieb hieles li fih irid u ma jridx il-poeta jkollu joqghod ghal dak kollu li jghaddi fil-mohh f'lehha ta' berqa, u jasal li jikkomponi x-xoghol tieghu fil-qafas poetiku skond it-taghlim u t-tahrig li jkun kiseb. Aktarx ukoll li minbarra dan kollu, il-poezija tirrifletti wkoll il-mixja tal-poeta u b'hekk ikun hemm ghadd ta' poeziji li jesponu d-djarju intimu tal-poeta nnifsu. B'hekk, il-qarrej la ghandu ghalfejn ikollu ritratt u lanqas biografi tal-poeta. Dawn il-hwejjeg ghandu l-hila jsibhom kull qarrej li jaghzel li jxitri ktieb tal-poeziji u fih isib is-sabar li jibda jaqra u jifhem, sabiex wara jixtarr kemm il-kelma kif ukoll is-skiet ta' bejn il-kelmiet.
Immanuel Mifsud ghandu hafna x'jghidilna dwar is-skiet. Fil-poeziji tieghu nsibu t-tigrib tieghu u tas-socjeta' li qed jghix fiha fil-mixja tal-hajja. Ifiggu ta' spiss ix-xewqat. Jirrifletti l-aptit u l-bzonn tal-gisem, kif ukoll tar-ruh mixtieqa biex tara t-tajjeb u s-sabih jeghleb kull hemm iehor. Izda s-sabih li jifttex il-poeta mhux bilfors li huwa s-sabih li trid u li qieghda twettaq is-socjeta'. F'dan il-qasam aktarx li dejjem jitwieldu xi konflitti li jhallu l-bniedem imberren. L-istil ta' l-idealista mhux dejjem idoqq f'widnejn kulhadd. Il-bzonn tal-massa aktarx li huwa diffterenti minn dak tal-ftit li jaraw biss x'se jakkwistaw minn kull haga li tghaddi biswit difrejhom.
F'hafna mill-poeziji jispikka s-sens ta' gheluq. Kultant Mifsud juri li hu bniedem li jbati mill-klawstrofobija - irid jimrah, jigri u jsib il-helsien tieghu. U meta ma jirnexxilux, johrog il-poeta li jincensa l-ambjent vergnu i li jattakka b'mod ciniku l-izvilupp li f'hafna drabi mhux biss jeqred il-memorji sbieh tat-tfulija, izda jsib ukoll li qieghed ixekklu milli jkun hu.
Hsus ta' din ix-xorta nsibuhom fil-poezija "Minn fuq il-Pont" (p.12)
Il-hjiel tad-dispjacir / li tara l-vapuri hergin / u int tibqa' bilqieghda fuq il-pont / izzomm gugarell f'idek / u tibki.
U jkompli fil-poezija "Ferroviji" (p.13)
ghidtli nirkeb fuq vaguni mimlijin / tajtni biljett / tajtni destinazzjoni li jien ma sibtx fil-mappa
Dan l-effett ta' l-gheluq ikompli jqartas lill-poeta b'tali mod li jgibu inkapaci li jiggieled mal-hajja ta' llum. U ghalkemm gieli jkun minn ta' l-ewwel li johrog jipportesta, zgur li jkun minn ta' quddiem biex inizzel dawn il-hsus fi kliem bhalma jurina fil-poezija "Anti-eroj" (p.17)
bhat-tfal li geghluhom ipingu s-sigar / meta s-sigar qed imutu.
Bhal kull bniedem uman li l-poeta jsib ruhu vittma ta' aktar sensittivita' hi xi haga normali. B'hekk il-biza' tiehu post ewlieni f'mohhu u fil-kelma miktuba fil-versi bhal fil-poezija "Mejju" (p.29). Hawn il-poeta jaghmel uzu qawwi minn kliem bhal mdejqa, ibezzghuni, mudlama, sema mimli shab, kwazi tal-biza', niket, jiniksru, tbiel u hafna ohrajn. Permezz ta' dan il-kliem, il-poeta mhux biss ikun qed jesprimi l-hsieb u l-qaghda tieghu, izda fuq kollox jirbah lill-qarrej bie igieghlu jixref u jterraq fit-triq li jridu hu. Madankollu, l-aspett umanitarju jibqa' fuq quddiem tal-hsieb tal-poeta, ghaliex hu qatt ma jahrab mir-realtajiet tal-hajja li jibnu l-qafas kollu tal-hegga poetika.
Meta l-poeta jkun qed jikteb ikun ukoll il-bniedem poeta fil-hajja ta' kuljum, u ghalhekk ma jistax jahrab milli johrog dak li tassew hu, bhal meta jhares fil-mera u jittanta jifhem lilu nnifsu. Effett ta' din ix-xorta johrog f'"Poezija lil Clara" (p.36) fejn hu jhossu dak li hu meta jhares lejn il-holqien li jisthajjel li hu qrib tieghu.
Ma nafx ghax wiccek ghandu / il-lewn tad-dlam li jaqa' malli nitfi / il-lewn tal-mewt li dejjem thuf madwarna / kulur il-qiegh fejn l-ilma kiesah hafna.
Fl-istess poezija, il-kittieb jgharrex b'mod stramb izda b'attenzjoni biex fil-mera jara dik li tassew hemm u mhux dik li jkun jixtieq jara. U hemm johrog il-hsus u x-xewqat li jibnu dak li hu, li johorgu l-bizghat minghajr ma jkollu ghalfejn jitkexkex, li jifhem il-qaghda li jkun fiha u fuq kollox li jkun sinðier mieghu nnifsu bhalma jissokta jlissen fl-istess poezija (p.40) bil-versi:
Jien m'ghandix art minn fejn nitwieled / u lanqas m'ghandi art fuqiex immut
L-istess trasformazzjoni jew ahjar messagg tal-hsieb jinbet fil-poezija "Qabel Naghlqu Ghajnejna" (p.47) fil-versi:
U int tinghalaq go fik u tistenna / int u tinbidel fi fjura midbiela
Din hija l-hajja mimlija tigrib u b'xi ftit ferh 'l hawn u 'l hinn tal-poeta. Il-bniedem li jterraq u jgharrex, li jifli u jerga' lura biex ikun cert minn dak li jkun ra. Hija wkoll il-glieda nterna tad-demm li jbaqbaq ma' gismu kollu biex izommu haj. Nistghu nghidu wkol li hija t-talba ta' go fih mibnija fuq xewqat li kellu l-hila jilhaq u ohrajn li baqghu mdendlin quddiemu jittama li xi darba jikkonsma minnhom. Dan hu x-xrar tal-poeta li jibda miexi t-triq, u minkejja li jasal. fejn ikun irid jasal, ta' spiss jinzel ic-cpar li fih ihossu wahdu u mitluf.
Francis Galea, It-Torca 19/7/1998