IL-KTIEB TAL-MAHBUBIN MIDRUBA
Francis Galea
L-istudju ghat-tfassil ta' l-istorja qasira miktuba minn Mifsud fih studju fih innifsu. L-awtur bhal donnu jirregistra djarju f'mohhu, u wara li jaghmel l-analizi tieghu biex johloq l-ikstorja u naturalment il-karattri, jahdem fuq dawn ta' l-ahhar biex johrog l-esperjenza li jkun jixtieq. B'danakollu, minkejja li jinghazel minnkull kittieb iehor lokali ta' l-istejjer qosra, l-istil avangardist tieghu jixhtu ma' dawk il-kittieba li minkejja li jaghzlu li jinsgu f'kitbiethom il-grajjiet kurrenti. Ma nistghux nghidu li Mifsud ghandu pinna gurnalistika, izda zgur li ghandu gibda lejn l-effetti tal-politika fuq l-individwu, u ghalhekk il-karattri fl-istejjer tieghu mill-ewwel johorgu x-xellug jew lemin li jhaddnu.
M'hemm xejn hazin li jaghmel dan, anzi nemmen li jkun qed jonqos min jahrab mir-realtajiet u jikteb biss xoghlijiet fittizja minghajr bazi storika ecc. Izda nibza' li Mifsud forsi qabad il-punt tat-tluq minn fejn jiftakar hu u qatt ma ta widen lejn il-grajjiet ta' qabel. Dan ghaliex il-grajjiet tas-snin tmenin ma waqghux mis-sema bhalma ma waqghux mis-sema kull grajja f'kull sena, hi liema sena hi. Dak li qed jigri llum huwa kawza ta' dak tal-bierah, u l-grajjiet m'humiex biss frott l-imgieba tal-politici biss.
Izda biex nidhol aktar fil-kitba effettiva ta' Mifsud, hassejt li tird taqra anke bejn il-versi. Jew inkella tieqaf ftit wara li taqra novella, u tissokta tixtarr dak li jkun kiteb. Mhux ghax il-kitba tqila, ghaliex il-mod kif iwassal lejn l-gheluq (?) ta' kull novella jhallik tahseb fuq il-kieku u l-ghaliex. Huwa jidher li jhobb jixhet il-karattri f'hin u spazju differenti jew bhalna li l-hin u l-ispazju gabna u bidilna f'nies differenti.
Il-kuncett ta' Mifsud huwa wiehed qrib hafna lejn dak idealista - u l-karattri ewlnin f'kull novella jirriflettu idealizmu ta' xenqa u xewqa. Imbaghad jimposta wkoll il-karattru xi ftit tellief, dak li jara li qatt ma sehh bidla madwaru, jew jekk issir qatt ma jhoss li halliet l-effetti tajba u mixtieqwa. Interessanti wkoll kif Mifsud jaghraf juza d-djalogar ghad-deskrizzjonijiet tieghu. Deskrizzjonijiet kemm ta' dak li jkun qed jigri jew gara, inkella ta' l-ambjent tal-hajja fil-qafas ta' l-istorja.
Huwa jilghab tajjeb ferm bil-karattri b'tali mod li jgeghelhom johorgu l-illuzjonizmu, l-effett tal-konsumizmu, il-karba ta' l-ambjent, l-artificjalizmu u l-egoizmu. Mifsud jidher li huwa bniedem xebghan mill-esagerazzjonijiet u l-kilba tal-bniedem. Ihoss li hemm hwejjeg aktar denji li l-bniedem jista' jitfa' aktar hegga fihom. U ghalhekk jazzarda jbassar it-tmiem ta' l-istejjer tieghu meta jkun ghadu biss fil-bidu tal-kitba teaghhom . Tant dan l-istil huwa wiehed effettiv u mahdum b'mod tajjeb li gieli jasal li jtemm kitba kwazi bl-istess kliem li jkun bdieha. Izda ma jonqosx milli jhalli wisa' bizzejjed ghall-qarrej fejn ikun jista' jimrah biex johrog l-interpretazzjoni li jixtieq.
Ghalkemm l-istejjer l-aktar qosra, jigifieri dawk ta' zewg pani u tlieta huma l-aktar effettivi, u nista' nghid li ghoxejt naqrahom, bl-ebda mod ma rrid innaqqas il-mertu ta' l-istejjer l-ohrajn. B'kollox ghandu sittax-il novella, li minnhom disa' huma qosra, qawwija, effettivi, fittiexa u fuq kollox joholqu karba f'qalb il-qarrej. Din il-karba aktarx li tixhet messaggi fil-mohh biex dan jissokta jsus wara l-hsibijiet sekondarji ta' l-awtur, li minkejja li ma jdoqqux qanpiena qawwija, ikun fihom aktar minn saff wiehed biex tiflihom sew.
Ma nxiteiqx nidhol aktar f'dettalji dwar l-istejjer ta' Mifsud ghaliex ma nkunx gust mieghu jekk nitfa' aktar dawl fuq xi whud mill-kitbiet. Irrid nghid ukoll li l-istejjer 8 1/2 u Id-Dnub li l-kandidat ma jridx iqerr huma novelli b'tema socjali, li trid u ma tridx, thoss ir-realtajiet li jirriflettu. Huma grajjiet reali li ghaddew minnhom nies tad-demm u l-laham. U f'dawn u f'hafna kitbiet ohrajn Mifsud jaghraf idur mal-haja u jdahhal il-grajjiet kurrenti flimkien ma' grajjiet u tigrib personali.
Forsi Mifsud jista' jissokta jsahhah il-kitba tieghu jekk fix-xoghlijiet li ghad irid jippubblika jhares ftit aktar lura fil-passat biex imbaghad il-mixja 'l quddiem fil-gejjieni tkun aktar qawwija b'vibrazzjoni li tolqot lil kull qarrej. Dan huwa r-raba' ktieb ta' Mifsud, u jien jidhirli li zgur li ktibt fuq l-ahhar tnejn, jigifieri Il-Ktieb tas-Sibt Filghaxija u Fid-Dar ta' Clara. Inhoss li Immanuel Mifsud ihaddeem medium tajjeb fit-tiswir u l-kitba tan-novella Maltija.
Francis Galea, It-Torca 15/8/1999