FID-DAR TA' CLARA
Adrian Grima
Bil-pubblikazzjoni ta' L-Artist tat-Trapiz ta' Henry Holland (1996) u issa b'din l-ewwel gabra ta' Immanuel Mifsud, Fid-Dar ta' Clara (1998), il-poezija Maltija jidher li qieghda tfittex toroq godda. Iz-zmien biss jista' jikkonferma din l-impressjoni, izda jidher li l-poeti "l-godda" qeghdin jimirhu f'oqsma li ma jaqghux taht l-influwenza diretta tal-kittieba tal-generazzjoni tas-Sittinijiet. Mit-tip ta' attività letterarja li kien hawn fil-pajjiz dan l-ahhar jidher ukoll li dawn iz-zewg pubblikazzjonijiet mhumiex fenomenu izolat.
Is-46 poezija ta' Immanuel Mifsud li hemm f'dan il-ktieb, miktubin fuq medda ta' hdax-il sena, jiffurmaw korp wiehed shih. Mhux biss ghaliex ix-xbihat, il-hsejjes, il-postijiet u l-protagonisti huma hafna drabi l-istess, jew varjanti ta' xulxin, izda anki ghaliex ilkoll kemm huma, jew kwazi, isibu rwiehhom fid-dar ta' Clara. Forsi iktar mid-dar ta' Clara hija d-dar tal-poeta li minnha Clara ma tohrogx, jew ma tistax tinhareg. Din hi dar ta' vera u metafora fl-istess hin, bhal Praga u x-xmara Vltava; bhall-bahar u l-qamar; bhall-ghajnejn u l-harsa taghhom; bhall-ahmar u l-iswed (anki fil-qoxra); bhall-vjagg u l-vjolini; bhad-dghajjes tal-karti, ir-rih u l-gawwi (li jfakkruna f'Marjanu Vella), bhall-ward u l-weraq; u bhall-mara-tfajla u t-tfal.
Il-qari ta' dan id-dokument personali ta' Mifsud huwa esperjenza intensa fiha nfisha. Il-qarrejja jhossu li qeghdin jghumu mal-poeta f'"qiegh il-bahar", izda jhossu wkoll li hemm dahliet fil-blat li jibqghu mistura ghax il-poeta jaghzel li ma jikxifhomx. Madankollu, minkejja li dawn il-poeziji sikwit jiehdu l-forma ta' rakkont gewwieni li biex tifhmu jrid ikollok il-privilegg li tkun fuq gewwa u ta' gewwa, xorta ghandhom l-universalità li tehodhom lilhinn minn semplici djarju ta' hsus u grajjiet.
Aktarx is-sigriet ta' Mifsud jinsab fil-fatt li hu jirnexxilu jipprezenta dokument personali awtentiku u fl-istess hin iqajjem fil-qarrejja tieghu sentimenti u esperjenzi simili. Dan isehh l-aktar meta l-qarrejja jsibu ruhhom dehlin fir-ruh sikwit mqallba ta' min qed jikteb biex jifhmuha, izda qabelxejn, biex isiru jafuha. Barra minn hekk, Mifsud johloq il-lingwa letterarja tieghu b'sengha kbira u din l-arti, minnha nfisha, digà "tuniversalizza" l-poeziji tieghu.
L-intimità tinhass fil-bicca l-kbira tax-xoghlijiet ghax mhijiex burdata li tghaddi izda mod kif il-poeta jgarrab il-hajja. Praga u x-xmara Vltava jsiru ucuh differenti li jipprezentaw l-istess ruh mgarrba. Immanuel Mifsud jara kollox minn lenti personali u spiritwali. Min-naha l-ohra, il-poeta u l-"int" li jindirizza (bhallikieku fi djalogu li ma baqa' rnexxiex) fil-maggoranza tal-poeziji jisfumaw, jew idubu, fl-elementi li jsibu madwarhom: "Imn'alla dobt fid-dlam" ("Messagg Minghand Xi Hadd Li Ma Twelidx", v. 1); "Xufftejha biesu r-rih u nhallu mieghu" ("Ritratt ta' Jeanne Marie Mehud Venezja", v. 4); "u ndubu go dad-dlam li tant inhobbu" ("Zewg Werqiet Hziena", v. 5). Sikwit Praga donnha ssir il-mara-tfajla tal-poeta u l-mara-tfajla ssir Praga. Minkejja dan id-dewbien, però, hemm mumenti u postijiet partikolari li jibqghu ffrizati, maqbudin ghal dejjem mill-kamera ta' ruh il-poeta.
Il-vers l-aktar uzat huwa l-endekasillabu, vers serju u twil bizzejjed biex jilqa' go fih il-kurrent dejjem gej ta' hsibijiet, xbihat u metafori li bihom jinqeda Mifsud. Kultant ir-ritmu huwa effettiv hafna, bhal f'"Telefonata" u "Sigar", waqt li drabi ohra, bhal fit-tieni parti ta' "Zewg Poeziji tas-Slaw lill-Anglu" u fit-tieni strofa ta' "Zewg Werqiet Hziena" jinhass inqas effettiv.
Is-siltiet zghar ta' proza li, anki meta huma socjali jew politici, aktarx jibqghu essenzjament intimi ("Ftit Weraq Minn Praga"). Izda fil-proza hemm ukoll laqta ironika: anki fil-belt ta' l-eroj li haraq lilu nnifsu ghal-libertà, hemm "Ronald MacDonald, il-buffu li tana l-libertà, li minghajr ziemel u minghajr tankijiet dahal fi Praga, fil-pjazza tal-glorji, u ntefa' hemm, ibigh il-baqar imwielda ghall-mewt, u l-patata moqlija bl-irhis. Din hi r-rebbiegha tal-holm, il-holm isir veru."
Dawn il-versi li gejjin minn "Poezija lil Clara" jirrapprezentaw tajjeb id-dinja poetika ta' Immanuel Mifsud f'din il-gabra: "Ridt nghidlek, int u taqfel il-bagalja | mimlija nofs xewqat u holm immermer, | l'ghalik ghad ghandi ghanja mhux kantata, | xi mkien ghad ghandi harsa ftit misthija, | ghad ghandi l-ahhar qatra demm tistenna." Il-poeta jhoss li Clara se tibqa' dejjem mieghu, u l-qarrejja tieghu se jhossu li dawn il-poeziji se jibqghu dejjem maghhom.
Adrian Grima, Xpress, nru. 4, Gunju, 1998