STEJJER TA' NIES KOROH
Karmenu Mallia
Il-psikologija tidhol kullimkien. X'inhi l-psikologija? It-tifsira tal-kelma li gejja mill-Grieg (psuke+logia = titkellem dwar ir-ruh) hi cara bizzejjed biex turi li hi xjenza, jew ahjar konoxxenza, taghrif, thabbib dwar il-fondoq immens li hem f'ruh il-bniedem.
Fl-istejjer li hemm f'dan il-ktieb hemm psikologija profonda u ghalhekk ma jidhirlix li dawn ghandhom jinqraw biss bhala passatemp imma wkoll, u aktar, bhala studju ta' ruh il-karattri. Qieghed nghid karattri, imma Immanuel tana karattri minghajr wicc, ghax normalment il-karattri bil-wicc insibuhom fir-rumanzi. Ghaliex? Ghax fi stejjer bhal dawn ma tistax tikkwalifika wisq il-karattri, l-ewwel ghax m'hemmx spazju bizzejjed ghal dan u t-tieni ghax l-awtur ma riedx jaghmel hekk. Xeni qosra b'daqsxejn ta' atmosfera, ftit teatrin jew diskrizzjoni u barra bid-daqq.
It-titlu tal-ktieb, Stejjer ta' Nies Koroh, jista' jqarraq. Il-karattri huma anonimi u aktar jingharfu mill-agir taghhom milli mill-karatteristici li l-awtur ma qaghadx jithabat jorqom. Huma "koroh" aktarx minhabba l-impressjoni li jaghtuna. Imma huma nies li jithabtu biex jghixu intensament dak il-mument preciz ta' hajjithom. U certi hwejjeg li jidhru importanti f'xi stejjer minnhom qeghdin hemm aktar biex tohrog barra l-profondita' ta' ruh il-personagg. Hekk, il-qamar kien qieghed ikidd lil Ciro ("Aghtini l-Qamar), il-qahba kienet tahdem bizzilla ta' poezija kollha kemm tal-klassi taghha ("Dil-Poezija Ccensurata"), it-tursin jiehu dimensjoni akbar minn tas-soltu f'"Bieb il-Belt"; u nistghu nibqghu sejrin hekk.
Mifsud ghandu habta jirrakkonta u jhallina naqraw bejn il-linji dak li jahseb li jkun ghaddej bejn il-protagonisti, li ghall-qarrej huma Cikku u Peppa, imma ghalih huma zgur nies hajja u reali. Mifsud ghandu habta wkoll izerzaqlek erba' kelmiet li, ghalkemm relatati mas-suggett tan-novella jew rakkont, jahsduk ghax tistenniehomx f'dak il-kuntest (Ara: "Dil-Poezija Ccensurata"). U dan juri li Immanuel qabad linja tajba u jidher li jekk ikompli fuqha jirnexxi.
Jimpressjonawk dawk l-istejjer qosra, daqqa ta' faccata biss, daqqa ta' ftit linji, lijaghtuk fuq fuq taghrif ta' grajja, imma dan il-fuq fuq jigbor fih hsibijiet u sentimenti li jdumu jduru mieghek qabel ma jhalluk kwiet. Ara, nghidu ahna, "Fil-Kuridur", "Il-Lhudi", "Darba Habbejt Flawtista".
Ir-rakkont "Storja" jaghlaq b'dawn il-kelmiet, "Illum xjaht, inhares lejn il-mera u ma nemminx li dak jien". Naghtik parir, Immanuel: thares xejn lejn il-mera, ghadek zaghzugh. Aghtina aktar minn dawn l-istejjer u hallik mix-xjuhija. Dak li tara fil-mera m'hux int. Il-mera turik biss dak li jidher minn barra. Int dak li int minn gewwa wkoll. Kompli.
Karmenu Mallia, Alternattiva, 19/10/1991