IL-KTIEB TAS-SIBT FILGHAXIJA

Marco Galea

 

 



Dan hu t-tieni gabra ta' stejjer ta' kittieb zaghzugh li diga' nistghu nqisuh bhala wiehed mill-ftit ismijiet validi tal-letteratura kontemporanja taghna.

L-istejjer tieghu huma ftit mix-xoghlijiet Maltin ta' zmienna li tista' taqra minghajr ma thos li l-awtur qieghed jinsulenta l-intelligenza tieghek.

Il-ktieb fih ghaxar stejjer li t-tul taghhom ivarja minn pagna ghal sitta u tletin faccata. Ir-rabta bejn l-istejjer, jew ghallinqas il-bicca l-kbira taghhom, hi li kollha kemm huma ghadnhom il-qofol taghhom f'xi haga li sehh fi tmiem il-gimgha, izda naturalmetn, dak li jigri fi ftit sighat is-Sibt filghaxija hu rizultat ta' dak kollu li jsehh fil-persunaggi fil-prezent mhux ghajr ghajxien mill-gdid ta' dak kollu li sehh fil-passat.

Fil-fatt il-persunaggi kollha ta' Mifsud huma nies li jghixu l-prezent u l-passat f'nifs wiehed. Ghalihom l-imghoddi hu importanti daqskemm hu importanti l-prezent u m'humiex kapaci jehilsu mill-imghoddi taghhom biex jghixu l-hajja kif jixtiequ jghixuha issa. Din hi l-problema tal-protagonista ta' l-istorja 'Mistrieh', li ghadu jobdi t-twissijiet ta' ommu minkejja li ilha snin twal mejta. Hi wkoll il-problema ta' l-emigrant ta' 'Nawfragju', li jigi lura u jistenna li jsib l-affarijiet li halla warajh 17-il sena qabel.

Minhabba l-ambivalenza taz-zmien ghall-persunaggi ta' Mifsud, l-istejjer ghandhom tip ta' narrazzjoni partikulari. Fil-fatt l-istejjer kwazi kollha jirrakkuntaw fl-istess waqt zewg grajjiet, li sehhew fi zminijiet differenti. It-teknika uzata minn Mifsud biex iwasslilna l-idea m'hix dik tal-flashback normali, jew ta' xi persunagg jirrakkonta dwar il-passat tieghu izda teknika fejn il-kronologija titlef l-importanza taghha u dak li sehh il-bierah hu reali u immedjat daqs dak li qed jigri llum.

Ghandu mnejn il-persunaggi ma jaghmlu ebda distinzjoni bejn il-passat u l-prezent minhabba li ghalihom il-hajja hi dejjem l-istess, kull Sibt jirrepeti l-grajjiet maghrufa ta' dak ta' qablu, kif jistqarru bosta mill-protagonisti ta' l-istejjer. B'differenza ghal bosta mill-karattri li jimlew in-narrattiva tas-seklu taghna u li dejjem jinsabu jfittxu xi sens f'dak li jaghmlu jew f'dak li jigrilhom, il-kitba ta' Mifsud hi mimlija b'persunaggi li ghejjew jistaqsu jew inkella qatt ma giethom il-hajra jistaqsu dwar l-ezistenza taghhom fuq l-art.

F'dan is-sens l-istejjer ta' Mifsud jixbhu lill-kitbiet ta' Alberto Moravia li sa minn qabel it-tieni gwerra dinjija kien jiddeskrivi persunaggi li m'ghandhomx ankra morali, u lanqas jixtiequ li jkollhom. Il-persunaggi Moravjani, hafna drabi huma persunaggi li qed jghixu f'socjeta' affluwenti u materjalista. Jidher li f'Malta Mifsud hu l-ewwel kittieb li qed jiddokumenta socjeta' li l-membri taghha mhux biss tilfu l-valuri. Il-kittieba tal-generazzjoni tas-snin sittin kienu diga' wissewna li s-socjeta' taghna kienet miexja lejn l-abbiss, izda ghallinqas hafna mill-eroj tal-kitba taghhom fittxew li johduha kontra l-kurrent.

Ebda wiehed mill-protagonisti ta' Mifsud ma jerfa' subgha biex ibiddel xi parti minn din ir-realta', u dan propju minhabba li jaghmlu parti shiha minnha. Sahansitra Henri, il-protagonista ta' 'Gideb', fl-istes waqt li jirrifjuta l-agir tal-membri ta'din is-socjeta', johloq cirku izghar bl-istess principji ta' l-ohrajn.

Ghandu mnejn il-karatteristici ta' socjeta' amorali li kiteb dwarhom il-kittieb Taljan Moravia mal-hamsin sena ilu, qeghdin jidhru f'pajjizna llum u ghalhekk kien hemm bzonn li l-letteratura taghna tiddokumentahom.

Xebh iehor li rajt fl-istejjer ta' Mifsud ma' dawk ta' Moravia hu li l-krizi tal-persunaggi hafna drabi turi ruhha bhala problema ta' komunikazzjoni sesswali.

Donnhom il-bicca l-kbira tal-persunaggi ta' Mifsud jinsabu mitlufa, min minhabba li ma jistax ihajjar lis-sieheb tieghu ghal relazzjoni, min ghax ma jistax jeghleb l-inibizzjonijiet li ghadhom gejjin mit-tfulija u min ghax introdott ghad-dinja tas-sess b'mod li xejn ma hallielu impressjonijiet pjacevoli.

Izda n-nuqqas ta' komunikazzjoni sesswali m'hu xejn ghajr manifestazzjoni tad-diffikulta' li ghandhom il-persunaggi li jifhmu lilhom infushom u lill-ohrajn.

Kollox ma' kollox dan il-ktieb hu mimli b'persunaggi li huma destinati li jghux wehidhom, ukoll jekk jinsabu dejjem imdawrin bin-nies.

Mifsud hu kittieb ta' min jaqrah zgur ghall-mod preciz kif fi ftit frazijiet qoxra li ghall-bidu jistghu jidhru impressjoni jaghtina l-informazzjoni kollha mehtiega sabiex inkunu nafu persunagg tassew. L-esperimenti fil-forma tal-proza, fejn Mifsud xi drabi jdahhal storja fi storja, b'narratur differenti u b'tip ta' kitba differeni wkoll inhoss li generalment thalli effett tajjeb.

Inhoss li Il-Ktieb tas-Sibt Filghaxija jista' jaghtina tama li l-letteratura ta' zmienna ma ssirx biss mill-ftit kittieba li dehru mal-25 sena ilu u baqghu jiktbu xi drabi xoghol validu, aktar sikwit xoghol medjokri, izda minn kittieba li twieldu warajhom ukoll. Il-hmerija hi li, kif jghid xi poplu (mhux taghna), jum bnazzi ma jaghmilx rebbiegha.


Marco Galea, Il-Mument 3/4/94


LURA