PAJJIZI SOFFOKANTI
intervista ma' Norbert Bugeja
Illum se niltaqghu mal-poeta Immanuel Mifsud, imwieled ir-Rahal Gdid fl-1967, hu l-awtur ta' hames kotba, fosthom
Il-Ktieb tas-Sibt Filghaxija, Fid-Dar ta' Clara, Il-Ktieb tal-Mahbubin Midruba,
u l-ktieb ricenti tieghu, Il-Ktieb tar-Rih u l-Fjuri.
NB:Ghaliex tikteb?
IM:
Kont nahseb li nikteb ghax bdejt inhossni responsabbli li naghmel hekk. Illum nahseb li nikteb ghax ghandi xi haga xi nghid fuq is-socjeta' ta' madwari, li nhoss li kemm kittieba ohrajn kif ukoll akkademici li usppost xogholhom huwa li janalizzaw is-socjeta' li qeghdin nghixu fiha qeghdin jabdikaw minn dan ix-xoghol. Hemm ukoll element ta' egocentrizmu li jimmotivani nikteb. La nhoss li nkun ghidt kollox, nieqaf.
Xi jgaghlek tuza hafna l-endekasillabu fil-poeziji tieghek?
Bdejt nuza l-endekasillabu b'ezercizzju ta' dixxiplina fuq nnifsi. Bdejt inhoss li l-poezija Maltija , taht l-iskuza li l-vers liberu huwa l-vers awtentiku li wiehed 'jahseb bih', bdiet issir dilettanteska, xi haga li kapaci jaghmel u jikteb kulhadd. Allura, jum fost l-ohrajn, iddecidejt li niddixxiplina lili nnifsi. Forsi huwa snobbizmu dan, nammetti, u ma jiddispjacinix. Illum il-gurnata, din id-dixxiplina tant dahlet fija li nista' nghidlek li rari naghmel korrezzjonijiet meta nikteb poezija: mohhi sar jahseb awtomatikament bl-endekasillabu. Gieli naqbad lili nnifsi nitkellem bih ukoll.
Thoss li int aktar kittieb ta' poezija, jew ta' narrattiva? Ghaliex?
Kieku staqsejtni din il-mistoqsija ftit taz-zmien ilu, kont ninfixel u x'aktarx kont noqghod indur mal-lewza nara nsibx twegiba jien u nwiegbek. Illum il-gurnata nhoss li t-twegiba hija wahda semplici: jien (nahseb li jien) kittieb. Irrelevanti l-forma u l-generu. Illum dawn il-kompartimentalizzazzjonijiet saru kwazi bla ebda siwi u sens.
Ghandek ghal qalbek it-teatru - sahansitra fit-tnedija ta' l-ahhar ktieb li hrigt uzajt dan il-medju. Forsi thoss li t-teatru hu aktar accessibbli mill-poezija? U x'relazzjoni thoss li hemm bejn dawn iz-zewg forom ta' espressjoni f'hajtek?
Ix-xoghol fit-teatru jehodli hafna hin u energija. Nista' nghid li jehodli hafna aktar milli tehodli l-kitba. Il-kitba hija sforz solitarju, avolja ghedt kemm-il darba li kull silta li ktibt ktibtha "ma' haddiehor", fis-sens li l-kitbiet tieghi huma frott ta' numru ta' inkontri li kelli ma' nies u sitwazzjonijiet varji. Ix-xoghol fit-teatru, mill-banda l-ohra, huwa kollox minbarra solitarju: trid taghmlu ma' haddiehor u taghmlu direttament ghal haddiehor. Huwa xoghol kollaborattiv, li jitfghek spalla ma' spalla, spirtu ma' spirtu, ma' nies ohrajn: ma' l-atturi li jahdmu mieghek u fil-kaz tieghi ma' atturi u teatranti ohra li jahdmu fl-istess post fejn nahdem jien. Il-grupp li nahdem mieghu jien jahdem f'kollaborazzjoni vicina hafna ma' grupp iehor. Teatru Marta Kwitt - il-grupp li issa ili nahdem fi hdanu hames snin - u l-Gruppi ghall-Inkontri ta' l-Uman ftahna studjo ta' ricerka teatrali fin-Naxxar: esperjenza teatrali gdida f'Malta li tlaqqa' zewg sorsi ta' ricerka teatrali f'kollaborazzjonijiet diretti u interessanti. It-teatru m'huwiex aktar jew anqas accessibbli mill-poezija. Ma nahsibx.
Il-bahar, ir-rih, id-denfil, il-kwiekeb, il-berah. Donnok f'kitbietek il-hin kollu tfittex spazji ta' helsien. Ghaliex?
Ghax inhoss li pajjizi huwa soffokanti. Mhux daqstant l-ispazju fiziku daqskemm is-sitwazzjoni li rrendewh fiha l-politikanti u l-mexxejja l-ohra taghna, ghalkemm ovvjament l-ispazju ghandu effett kbir ukoll, m'ghandniex xi nghidu. Malli bdejt insir konxju ta' dawn ir-restrizzjonijiet qabadni estru kbir li nimrah. Inhoss htiega kbira ta' berah fiziku, imma aktar minn hekk, berah spiritwali li hawnhekk ma jaghtikx. Konsegwentement hemm il-htiega kontinwa tal-harba, tal-girja 'l barra. Jien ghandi relazzjoni stramba u skomda hafna ma' Malta. U t-tort ta' dan kollu hu d-dramm ikrah ta' l-istorja ta' dan il-pajjiz, specjalment dak li gara fl- adoloxxenza u z-zghozija tieghi. L-istituzzjonijiet li bejniethom jiffurmaw il-poter f'Malta gaghluni nishet is-siegha u l-mument li spiccajt hawn minn tant irkejjen li hawn fid-dinja.
X'ifisser iz-zingaru ghalik?
Liberta', decentralizmu, periferija li tehilsek mill-ktajjen li l-istituzzjonijiet essenzjalment, jorbtu madwarek. Jien kelli esperjenzi ta' xhur ghajxien ma' komunitajiet zingari fin-nofsinhar ta' l-Italja. Bhala r-razza Sinti ta' dan il-poplu vast Romani, dawn kienu komunitajiet sedentarji li tilfu hafna mill-identita' Roma originali taghhom, ghalkemm zammew ohrajn. Jekk ma kellhom xejn mir-Roma originali, kellhom is-sens ta' liberta' jiddi f'ghajnejhom.
Il-qoxra ta' Il-Ktieb tar-Rih u l-Fjuri ddisinjajtha int stess. L-attivita' tieghek fit-tpingija tmur lil hinn minn din il-qoxra?
Interessanti ... qatt hadd ma staqsieni fuq hekk. Ghandi hafna dispjaciri f'hajti. Tnejn minnhom huma li miniex pittur u li miniex kompozitur. L-arti plastika u dik muzikali minn dejjem affaxxinawni ... hafna u hafna iktar mil-letteratura. Sfortunatament, l-energija kreattiva tieghi ma mxietx f'dawn iz-zewg direzzjonijiet. It-tpingijiet tieghi huma esperjenzi rari, li jigu nista' nghid bhal sajjetta sabiha fost il-bnazzi. Il-qoxriet tal-kotba tieghi, bhala regola, naghmilhom jien. Tpingijiet ohra naghmilhom u naghtihom lill- hbieb ta' gewwa hafna u ghalhekk huma mxerrdin fi djar 'l hemm u 'l hawn. Izda miniex pittur. Nixtieq!
Fil-lejla letterarja Gzejjer li saret fl-Evenings on Campus ta' din is-sena, ipprezentajt xoghol differenti minn tas-soltu ... x'tikkummenta fuq dan l-izvilupp, u kif thares lejh fid-dawl tal-gabriet bikrin tieghek?
Huwa process ta' maturita', dixxiplina u ta' investigazzjoni f'oqsma letterarji kontemporanji barranin. Ghalkemm xi whud hassew li x-xoghol tieghi ippubblikat fi Gzejjer (il-pubblikazjoni li harget fl-okkazjoni tal-lejla li semmejt) huwa differenti mill-kitbiet ta' qabel, nahseb li d-differenza mhijiex daqshekk kbira. Hija mixja din li ma tafx ezatt fejn se twasslek.
Kif tahseb li se jkun il-futur ta' l-espressjoni letterarja f'pajjizna?
Qieghed nissuspetta li l-futur se jkun wiehed eccitanti hafna. Minn dak li naqra fil-kitbiet ta' shabi u minn dak li jigi pprezentat kull sena fil-lejla letterarja Evenings on Campus, li saret avveniment mistenni u segwit minn hafna, jidhirli li l-hin sar biex titwieled generazzjoni ta' kittieba godda li l-letteratura lokali ilha hafna tehtieg. Anzi, jekk tridni nkun preciz, ma nhossx li ghandi nitkellem fuq il-futur izda fuq il-prezent: din il-generazzjoni twieldet u qieghda tahdem bis-serjeta'. U hawn, jekk ma jimpurtax, nixtieq pubblikament infahhar ix-xoghol bal heda ta' habib antik u kollega tieghi, Adrian Grima, li minbarra l-kreattivita' tieghu, huwa massa ta' energija li qieghda timbotta 'l quddiem din il-generazzjoni. Nahseb li kull generazzjoni kellha mutur li haddimha, u fil-kaz ta' din il-generazzjoni l-gdida l-mutur huwa Adrian Grima u shabu tal-grupp Inizjamed.
fuq Il-Gensillum 10-11-2001