IL-KTIEB TAS-SIBT FILGHAXIJA
Claudette Pace
Darba kien hemm grupp ta' zghazagh li llum xjahu, xagharhom bjad, xi whud m'ghadhomx maghna. Uliedhom darba kienu tfa. Illum tfarfru u kibru: Alla jbierek u mbierek Alla! Il-holm ta' dawn it-tfal saru xewqat kbar u ftit saru realta'. Kienu dawn il-holm, xewqat u fantasiji ohra li wasslu lil dawn it-tfal kbar biex ikunu kreattivi u artistici.
F'Novembru tas-sena l-ohra kelli stedina minghand Immanuel Mifsud. Nassumi li, sfortunatament, ftit huma dawk l-istudenti li jafuh, ex-studenti, illum ghalliem, kittieb u direttu tat-teatru. Ippubblika t-tieni ktieb tieghu, Il-Ktieb tas-Sibt Filghaxija, u l-istedina kienet ghall-prezentazzjoni ufficjali fil-foyer tat-Teatru Manoel.
Kitba mirquma ta' zaghzugh li b'lenti hoxna, jara l-ovvju ta' madwarna. Realta' xi ftit pessimista ghal xi whud, izda kull meta naqra xi silta jkolli tbissima fuq xofftejja. Stejjer ghal kull filghaxija, jew ghal xi vjagg. Stejjer fuq xjuh, zghazagh u tfal. Immanuel minn dejjem kien jolqotni bl-istil intimu tieghu.
Meta kelli okkazjoni nirrecta taht id-direzzjoni tieghu sirt naf lilu, kitbietu u lili nnifsi. Hemm ftit minnkull wiehed u wahda minna f'dak li jikteb Immanuel Mifsud. Hemm hafna li Immanuel ma jiktibx fuqu imma dan ghalija mhux zball jew difett. Il-Ktieb tas-Sibt Filghaxija mhuwiex ktieb pretenzjuz, wara kollox lanqas Immanuel ma jippretedni li b'xi mod qed jghid xihaga gdida jew ghamel xi sejba ta' barra minn hawn.
Id-diskors li ghamel Immanuel f'gheluq is-serata kien diskors rik quddiem udjenza fqira - fqira fin-numru izda mhux f'dak li semghet. Naqbel hafna mieghu li z-zghazagh ghandhom jiggieldu ghal posthom anke fil-kultura ta' pajjizna, izda l-oppozizzjoni ghal certi inizzjattivi taz-zghazagh gejjin pjuttost minghand uhud mill-intellettwali, jew psewdo intellettwali. Nies li hafna drabi jibzghu wisq ghal posthom minghajr ma jaghrfu li meta jaghmlu wisa' ghall-gdid, huma wkoll jistghu jikbru iktar!
Kif qal Mifsud waqt il-prezentazzjoni: "Kemm se ndumu, jien u nies ta' mpari, naghmlu sagrificcji pazzeski biex darba kull tant nohorgu ktieb, jew intellghu wirja, jew intellghu dramm, jew insemmghu bicca muzika minn taghna? L-ironija hi li mbaghad niktbu fil-gazzetti li hawn vakum, li hawn generazzjoni li m'hix produttiva, li l-lettertura se tieqaf meta dawk li ghandhom isimhom kbir jispiccaw huma wkoll. Din hija l-veru hasra. Ghadna nemmnu bil-monopolji, ghadna noholqu l-monopolji. Ghandna sett ta' ucuh li tarahom dejjem fuq il-gazzetti, fir-rivisti, fuq it-televixin, tismaghhom fuq ir-radju ... Dejjem l-istess ucuh, dejjem l-istess ismijiet kbar li jafu jitkellmu fuq kollox, mill-problemi tat-traffiku sal-muzika ta' Masini bil-'Va fan culo' tieghu."
Dawn li llum kibru jahsbu li Immanuel wehel fis-sittinijiet. Nassigurakom li dan mhux minnu. Jekk l-affarijiet li jghid Immanuel illum kienu jghiduhom l-awturi tas-sittinijiet, dan jista' jfisser biss li ftit li xejn jinbidlu l-affarijiet! Xi snin ilu ktibt artiklu fl-"Istudent", li kien attakk lejn id-dipartiment tal-kultura u lejn in-nuqqas ta' partecipazzjoni fl-attivitajiet kulturali mill-istudent fuq il-kampus. Xi affarijiet li ghidt dak inhar ghadhom jghoddu sa llum izda kull tant jigru xi affarijiet, zghar kemm huma zghar, li jzomuni xi ftit lura milli ninsisti fuq in-nuqqas ta' partecipazzjoni u l-apatija ta' l-istudenti.
Claudette Pace, The University Observer, Jannar 1994