STEJJER TA' NIES KOROH
Immanuel Mifsud intervistat minn Paul Falzon
Dan l-ahhar kien pubblikat il-ktieb tan-novelli bl-isem Stejjer ta' Nies Koroh, taz-zaghzugh Immanuel Mifsud. Dan il-kittieb, nistghu nghidu li hu prattikament isem gdid fil-qasam tal-letteratura Maltija. Izda minn dan l-ewwel xoghol tieghu ga beda jidher il-potenzjal ta' kittieb li jhaddem il-pinna tajjeb. Aktar milli jirrakkontaw grajja, dawn il-ktibiet f'din il-gabra huma bhal speci ta' analizi psikologika tal-qaghda li jinsab fiha l-bniedem illum. Huma stejjer ta' identita' mistura fejn il-bniedem jipprova jinheba wara l-maskra ta' l-ingann li tghattilu 'l wiccu quddiem is-socjeta'.
Il-letteratura Maltija zgur li tissokta tistaghna b'xoghlijiet ta' din ix-xorta.
Int semmejt din il-gabra ta' novelli "Stejjer ta' Nies Koroh". Ghaliex sejjahtilhom hekk lil dawn in-nies?
It-titlu nista' nghid li ma kienx tieghi ghalkemm ghaziltu jien. "Koroh" ghax id-dinja jew is-socjeta' ttimbrathom hekk ghax l-atteggjament taghhom hu kundannabbli skond il-ligijiet, in-normi, u r-ritwali tas-socjeta'. Fil-Malti ghandna l-espressjoni "tidher ikrah". Appuntu dawn in-nies jidhru koroh. Nista' nsemmi, perezempju, il-karattri ta' nies li huma omosesswali li f'ghajnejn is-socjeta' jidhru koroh; jw nies li m'ghandhomx tfal; il-prostituti u ohrajn. X'aktarx li f'socjeta' duwalistika bhalma hi s-socjeta' Maltija anki li ma jkollokx partit, jew ikollok wiehed u mbaghad tichdu tidher ikrah - mhux normali.
Fi kliem iehor dawn in-nies huma 'koroh' ghax jarawhom 'koroh' u jarawhom hekk ghax iddevjaw min-norma. U li tiddevja min-norma ma jfissirx liinti kaz mentali; ifsser li ghandek tendenzi differenti mit-tendenzi tal-kumplament. Jekk int tasal tichad lil pajjizek ghal diversi ragunijiet ma jfissirx li inti kaz mentali. Izda xorta wahda, f'ghajnejn il-kompatrijotti tieghek, tidher ikrah.
Lanqas jekk int omosesswali jew prostituta, jew ghandek zwieg li qed ifalli ftit ftit ma jfisser li int kaz mentali. Izda nafu, ghallinqas jien naf, li dawn it-talin jidhru koroh.
Allura jkollok kaz ta' skumdita' doppja. L-imskienet, il-vittmi, skomdi fis-socjeta' li ma tacettahomx; is-socjeta' skomda b'elementi li kontinwament jisfidawha. U kif jaf kulhadd min hu b'sahhtu jirbah dejjem.
Il-karattri f'dawn in-novelli huma lkoll karattri li jinsabu f'xi krizi, krizi mentali jew psikologika, krizi socjali jew ta' valuri. Huma karattri li jxaqilbu lejn in-naha negattiva tal-hajja. Il-fatt li int hloqt dawn it-tipi ta' karattri jista', b'xi mod, jigi interpretat li int bniedem pessimist?
Il-kelma 'pessimist', l-istess bhall-oppost taghha, 'ottimist', hija kelma li lili tbezzaghni hafna. Barra minn hekk ghandi dubji dwar it-tifsira stess tal-kelma. X'jigifieri 'pessimist'? Bniedem li jara l-ikrah biss? U bniedem li jara l-ikrah biss u johlom u jemmen bil-possibilta' tas-sabih, allura dak pessimist? Perezempju, nistghu nghidu li Ruzar Briffa (li ghalija hu l-akbar poeta Malti) huwa pessimist, meta holom u emmen fis-sabih? Il-karattri tieghi jxaqilbu lejn in-naha negattiva tal-hajja, kif ghidt int. B'danakollu ma jfissirx li min kiteb dwarhom huwa pessimist. Meta ktibt dawn l-istejjer ridt sempliciment nipprova naghmel gustizzja u att ta' mhabba ma' nies li kif spjegajt qabel, huma koroh. Rajt il-fatti. Uhud mill-karattri tal-ktieb iltqajt maghhom personalment fil-vjaggi tieghi barra minn Malta. Nies li qeghdin ibatu dawn, nies li c-cirkustanzi ghagnuhom f'nies koroh u jien sempliciment nirrakkonta l-istorja taghhom. M'jiniex pessimist, le, ma nahsibx li jien, ghallinqas.
Hafna nies jghiduli li jien, izda nhoss li ghandhom zball - ir-realta' ta' hafna nies hi kerha u aghar minn hekk hija mohbija. Ridt sempliciment nikxifha fil-berah. Nahseb li hija haga naturali li bniedem li jara dawn l-affarijiet ikun imnikket. Forsi 'imnikket' hija aktar ezatta milli 'pessimist'. U nahseb li li kellu kulhadd jiehu bis-serjeta' l-kruha tal-hajja li certi nies jghixu, allura kollha kemm ahna nkunu mnikkta. M'jiniex nghid li jien biss kont li rajt kruhat, izda ftit huma n-nies li jikkummentaw, li jidentifikaw ruhhom mal-batut. Hafna nies qed jghixu tragedja, imqar fil-fond ta' qalbhom jew fl-gheluq ta' kamrithom. Dan huwa niket. Dawn huma fatti: storici ghax jigru kuljum u jigru madwarna.
F'uhud minn dawn l-istejjer insibu kontenut politiku. Kemm ghandu l-kittieb jinvolvi ruhu politikament f'kitbietu?
Il-kittieb hu essenzjalment politiku daqs l-ikbar politikant. Jekk kittieb ma jkunx involut fil-politika, imqar b'kitbietu, allura, inhoss jien, hu kittieb li l-lapes tieghu spicca bla ponta.
Jien rajt hafna vjolenza politika f'pajjizi - mentali, morali, sahansitra fizika. U dan ma stajtx naghla ghajnejja ghalih. Hi l-istorja taghna lkoll u jethieg nikkummentaw fuqha. Inkella, jekk nisktu nkunu ipokriti u giddieba.
Is-silenzju huwa att politiku fih innifsu ghax jekk ma tghid xejn ifisser li tkun qieghed tappoggja dak li qed jigri. Barra minn hekk is-silenzju politiku huwa gerha tal-generazzjoni tieghu u ta' ohrajn - forsi tal-poplu Malti kollu. Ninsew malajr u nacettaw kollox.
Meta gew l-Albanizi, perezempju, it-Teatru tal-Ghomja, li dak iz-zmien kien qed idur il-villaggi b'rapprezentazzjoni tat-triq, kien pront ta dimensjoni differenti favur l-Albanizi fir-rapprezentazzjoni. Konna ahna l-ewwel u l-unici nies dak iz-zmien li hrigna bl-ghajta ta' solidarjeta' (serja) favurhom. L-intellettwali u l-artisti Maltin siktu. Kien biss xhur wara li xi hadd qajjem kontroversja f'gazzetta lokali.
Dan l-ahhar int kont involut fit-twaqqif tal-grupp teatrali Teatru tal-Ghomja. X'inhu sewwasew dan it-teatru?
It-Teatru tal-Ghomja hu teatru li jfittex dejjem. Ghalhekk 'Ghomja', ghax bhall-ghomja jrid ifittex biex isib it-triq. Hu teatru li jipprova jghaqqad il-generi ta' l-arti differnti fi hdan it-teatru. Izda din hi biss fazi, idea, kuncett li taghmel lit-Teatru tal-Ghomja, teatru fittiexi, pellegrin forsi, li qatt ma jista' jaccetta li wasal fid-destinazzjoni tieghu.
Meta twaqqaf dan il-grupp, madwar sentejn ilu, twqqaf b'reazzjoni negattiva ghal dak li kien qed jigri, u ghadu jigri, fix-xena teatrali f'pajjizna. Irridu nxejnu l-hafna medjokrita' li qed tkun mitmugha lin-nies. Jekk jirnexxilniex hija storja ohra izda ghallinqas inkunu ppruvajna.
Meta bhal daz-zmien sena konna ppartecipajna fil-festival tat-teatru kontemporanju tal-Mediterran, ikkonfermajna kemm ix-xoghol teatrali hu xoghol iebes, difficli u ta' sagrificcju. Dan il-festival kien il-konferma ta' kemm ghad irridu nahdmu biex ghallinqas nibdew nimxu b'ritmu tajjeb.
X'jikkostitwixxi teatru tajjeb, ta' livell?
Ma nhossx li jien kompetenti biex naghmel xi trattat dwar x'inhu teatru tajjeb, ta' livell, u mhux. Naf li hafna nies ma jaqblux ma' l-ideat tieghi dwar it-teatru. Nahseb li teatru li ma jfittixx m'hux teatru. Teatru li jirriproduci biss m'hux teatru. Barra minn hekk l-idea li t-teatruhu xihaga ta'nhar ta' Sibt, jew ta' xi klassi partikulari, tixhed realtajiet koroh dwar it-teatru f'Malta. Ghadna wisq dilettanti. It-teatru hu missjoni, vokazzjoni, mod ta' hajja - u l-arti kollha ghandu jkollha l-iskop ewlieni li tfittex. Inkella m'hi arti xejn.
Sfortunatament dan ma jaghmlux kulhadd. Ghadek tara hemel rapprezentazzjonijiet li kulma jaghmlu hu biss jirriproducu u ma joholqu xejn. Naf li hemm min se jghid li qed inkun wisq missjunarju, wisq karizmatiku - izda dan hu kollu pregudizzju konservattiv.
Jinghad li l-ebda poplu civilizzat ma jista' jghaddi minghajr teatru nazzjonali. X'inhuma l-kummenti tieghek?
Jien ma nafx min jghid hkk, izda ma nistax, sincerament, nifhem x'relazzjoni hemm bejn socjeta' civilizzata u teatru nazzjonali. Barra minn hekk irridu nistaqsu x'nifhmu b'civilizzata. F'Malta kienet twaqqfet Kumpannija Nazzjonali tad-Drama li ghosfrot wara ftit.
Issa skond dan l-argument allura Malta kienet civilizzata ghal perjodu qasir meta kienet qed tiffunzjona din il-kumpanija: jew inkella ahna tant m'ahniex civilizzati li din il-kumpannija falliet. Issa liema hi t-twegiba ma nafx.
It-teatru modern hu nieqes mill-emozzjoni.Hu aktar filosofiku. Ma tahsibx li dan il-fatt jirrendi lildan it-tip ta' teatru anqas popolari ma' l-udjenza Maltija?
L-istes bhall-kelma 'pessimist' il-kelma 'modern' hija kelma perikoluza hafna. X'jigifieri 'modern'? Beckett, Pinter, Ionesco .. dawn huma moderni izda hemm bahar jaqsam bejnhom u bejn nghidu ahna Brecht, Frisch, ecc,., li wkoll huma 'moderni' ghax ghexu bejn u iehor fl-istess zmien u kollha offrew teatru 'gdid' ghal zmienhom.
Barra minn hekk nahseb li huwa zball jew pregudizzju li wiehed jghid li t-teatru 'modern' hu nieqes mill-emozzjoni. Sakemm haga hi hajja u mahluqa mill-bniedem bilfors li fiha emozzjoni. Anki l-bruda fiha emozzjoni u ma tistax tkun filosofiku jekk ma tkunx thoss.
Meta tinza' l-umanita' tieghek, hemmhekk ma jibqaghlekx emozzjoni. izda hemmhekk ukoll ma tibqax filosofiku. Barra minn hekk it-teatru kontemporanju (li jiddiferi hafna minn dak miktub min-nies li semmejt qabel) la hu wiehed fittiexi, allura bilfors li hu emozzjonali ghax jesplora l-istess emozzjonijiet tal-bniedem. Jekk dan it-teatru hekk imsejjah 'modern' m'hux popolari ma' l-udjenza Maltija, allura l-udjenza ghadha xi haga hazina.
Il-Mument, 19/1/92