STEJJER TA' NIES KOROH
Frans Sammut
Stejjer ta' Nies Koroh ta' Immanuel Mifsud huma stejjer mhux tant ta' nies koroh daqskemm ta' nies bla wcuh. Ghax il-persunaggi li jghaddu jittajru minn quddiem ghajnejna jghaddu mghagglin wisq. Kemm kemm insiru nafuhom, kemm kemm niehdu xi impressjoni dwarhom u daqshekk. Bhalma jigri, bosta drabi, fil-hajja.
L-akbar kisba tal-kittieb ta' dawn l-istejjer qsar hija t-toghma ezistenzjali li jirnexxilu jwasslilna. Toghma ta' malajr malajr. Jew forsi ahjar xamma. Li tghaddi tigri bhal fewga ta' arja shuna. Jew friska. Skont x'tinzerta.
B'dankollu, hija fewga li tibqa' tinhass hafna wara li tkun ghaddiet. Il-persunaggi nhossu li mhux biss hbatna maghhom ghal waqt jew tnejn, izda sirna nafu sew il-bixra taghhom. Jekk hijiex bixra kerha kif jissuggerixxi l-kittieb bit-titlu li ta lil dawn l-istejjer hija haga dibattibbli.
Hija forsi "kerha" l-impressjoni li jhallu, bhar-riha li jhali min issir tafu ftit u jitlaq u ma jhallilekx ghajr ir-riha partikulari ta' l-gharaq tieghu, jew ir-riha ta' lbiesu?
F'kitbiet impressjonistici bhal ta' Immanuel Mifsud jisksbu siwi kbir l-intietef, l-irqaqat, il-hwejjeg zghar li bosta drabi jahirbulna mill-attenzjoni taghan fi stejjer ikbar, novelli twal, rakkonti u rumanzi. M'hemmx ghalfejn nghidu li r-rumanziera li jinsew x'importanza ghandu l-effett kumulattiv fuq il-grajja kollha jaghmlu hazin. Izda mqar meta huma ma jinsewx dan l-aspett tan-narrattiva, nafu nkunu ahna li ma naghtux kasu jew jaqbzilna minkejja li jkun hadem fuq l-immaginazzjoni taghna u fuq kemm inkunu nkimna mill-grajja. Dal-kitbiet zghar ghandhom il-hila li jikkuncentraw fuq l-irqaqat u bihom joholqu l-atmosfera kollha.
Ghad li b'dan il-metodu ta' qosor u dettalji marsusin fl-ispazju zghir tieghu, il-kittieb jirnexxilu jlaqqaghna ma' gamut shih ta' persunaggi li minkejja li huma anonimi huma distinti sew minn xulxin. Fi stejjer bhal dawn imqar il-felul jikseb karattru divers wahda mill-ohra. Nistedinkom bil-herqa taqraw l-istejjer migburin minn Immanuel Mifsud, kittieb validu li qieghed izid ismu ma' tal-kittieba validi ta' zmienna.
Frans Sammut, It-Torca, 1/12/1991